Ekolina u ż-Żabbari dejjem jiltaqgħu ma' xi ħsara li jkun qed jagħmel il-Farraxk, Is-Suffarell, Ben tan-Newl jew l-Affarun u x'aktarx dawn huma l-istess persuna b'ismijiet differenti. Ekolina għandha kuraġġ kbira u ma tibżax titkellem meta tara li qed isir xi deni. Iż-Żabbari huwa inventur u spiss jivvinta' xi opra biex tgħinhom jeħduha kontra r-robots tal-Farraxk u l-oħrajn. Ferfer il-kelb kultant ikun magħhom u jagħtihom palata biex iwaqqfu lill-ħajjien milli jkompli jagħmel il-ħsara lin-nies jew lin-natura.
Imber, tfajjel ċkejken li kien iħobb imur jilgħab waħdu fil-masġar. Kien iħobb jaqbad il-ġrieden biex jilgħab magħhom. Briku kien ġurdien li dejjem kien iġorr miegħu. Darba minnhom waqt li kien qed jilgħab, ġie raġel ikrah bl-ixkora u ħataf lil Imber u ħadu fil-Masġar ta' Bla Tarf u wara li Briku, ħabibu l-ġurdien, taqqab l-ixkora, it-tnejn ħarbu u Imber beda jfittex kif se jmur lura id-dar. Minn hawn jibda' vjaġġ twil u perikoluż li jlaqqa' lil Imber ma' bosta karattri tas-seħer u mostri li għenuh jew iġġieldu kontrih. Matul dan il-vjaġġ Imber beda jiskopri li hu kellu don speċjali.
L-avventuri ta' Nir iseħħu fuq jew taħt il-baħar fejn huwa jgħix. Il-Baruni taż-Żejt jipprova jkisser l-istazzjoni ta' Nir imsejjaħ "ir-Riebja". Ma' Nir issieħbet tfajla jisimha Maris u hi kif ukoll missierha sfaw vittmi tal-Baruni. Il-Baruni jibni robots kbar u mostrużi u spiss jattakkaw lil Nir u lil Maris. Nir għandu ħabib mhux tas-soltu li jismu Kaħlun u dan mhu xejn ħlief kelb il-baħar kbir u b'saħħru ħafna. Nir jilbes mekkaniżmu ma' jdejh u saqajh li bihom jista' jispara ġettijiet jew oġġetti oħra sabiex jgħinuh jaħrab mill-inkwiet. Maris toqgħod fl-arka kbira u moderna li bena missierha.