Nru.21
Avventura:
Ekolina u ż-Żabbari kienu qegħdin brejk bejn il-lezzjonijiet tal-iskola u jintebħu li xi ħadd kien qed iqatta' bl-addoċċ is-siġar tal-masġar fil-qrib. Dan kien l-Affarun li bl-inġenji tiegħu dejjem jinbidel u jsib irkaptu ta' kif jeqred u jkisser kull ma jiġi quddiemu. Imma l-eroj tagħha affrontaw sidirhom biex ma jħalluhx.
Imber jikopri li kellu saħħa barranija meta d-draga ssib il-ġebla u biha tibgħatilhom ir-riħ tad-desert biex ikaxxkrilhom ix-xini jimxi fl-art. Imber jerġa jiltaqa' ukoll mal-ħabib ġurdien tiegħu, Briku, li mar warajh biex isibu.
Praspar:
Il-Praspar tal-Bużnanna
Il-Wied għan-Niżla

Nru.20
Avventura:
Ekolina u ż-Żabbari jmorru passiġġata fil-kampanja u ħadu magħhom il-kelb Ferfer. Jieqfu jixorbu minn fuq il-għajn ta' Ħal Susa imma l-ilma ġieri jieqaf f'daqqa waħda. Huma jsibu li vettura kbira fil-forma ta' dubbiena kienet qed tisraq l-ilma u ttir lejn fabbrika sigrieta biex hemm ikun ibbottiljat. Meta Ekolina u Ż-Żabbari jindunaw b'dan il-qerq jidħlu għas-sogru biex jiġġieldu mal-għadu soltu tagħhom, il-Farraxk.
Praspar:
Il-Praspar tal-Bużnanna
Il-Wied għan-Niżla
Dawret iż-Żugraga

Nru.19
Avventura:
L-għodlien li kienu jisirqu d-deheb kienu ikkontrollati mid-draga (saħħara kiefra) u din meta saret taf li kien insteraq id-deheb mill-kursara kien inbidlet f'ċawla u taret għal fuq il-mejda tal-għodlien. Imber u Rabbabu meħudin mil-kursara kien għadhom kif telqu bix-xini jimxi fl-art. Id-draga marret għalihom imma Imber ħareġ il-ġebla s-sewda mill-but u tefagħhielha. Il-ġebla s-sewda ħolqot dalma kbira li d-draga ma setgħet tara xejn u ma setgħetx tkompli tiġri warajhom.
Praspar:
Abigajl u l-Fifra Saħħarija

Nru.18
Avventura:
Imber isib ruħu fuq il-Mejda tal-Għodlien, blata kbira mimlija deheb u teżori. L-għodlien, li kienu mostri jtiru, attakkawh biex joqtluh imma kien salvat mill-kanuni tal-kursara li ġew biex jisirqu d-deheb tal-għodlien. Huma ħaduh magħhom flimkien mal-istatwa ta' Rabbabu fuq ix-"xini jimxi fl-art".

Nru.17
Praspar:
Abigajl u l-Fifra Saħħarija
Bertu Pront
Il-Praspar tal-Bużnanna
Il-Wied Għan-Niżla
Abigajl u l-Fifra Saħħarija
Bertu Pront
Il-Praspar tal-Bużnanna
Il-Wied Għan-Niżla
Nru.16
Avventura:
F'din il-ħarġa ta' żmien il-Milied naraw lil Ekolina u ż-Żabbari fil-Misraħ ta' Ħal Susa waqt it-Tiżjin tal-festi tal-Milied. Iż-Żabbari jintebaħ b'funtana kurjuża li ma kinitx hemm fil-jum ta' qabel. Din il-funtana joħroġ minn nar ikkontrollat u iffurmat fi xbieha ta' mostru tan-nar. Ekolina u ż-Żabbari jindunaw li dan ma kien ħadd għajr l-Affarun li ried jieħu l-Misraħ taħt idejh. Huma jiġġildulu biex isalvaw il-Misraħ u biex jiksbu lura l-paċi tal-festi tal-Milied.
Praspar:
Iz-Zija Connie (kitba u tpenġija ta' Roberta Bajada)

Nru.15
Avventura:
Imber ikun qed jilgħab noli mal-bâbi u Rabbabu l-kap tagħhom isib elmu u jxiddu f'rasu. Rabbabu ma kienx jaf li l-elmu kien fih xi seħer u għalhekk inbidel fi statwa tad-deheb. F'daqqa waħda jiġu l-għodlien u dawn kienu bħal ġrieden kbar ħafna bil-ġwienaħ. L-għodlien jikkaċċjaw għad-deheb u għalhekk ħatfu lil Rabbabu u taru bih imma Imber laħaq qabad ma' saqajn l-istatwa ta' Rabbabu u tar miegħu.
Praspar:
Abigajl u l-Fifra Saħħarija
Kastell Werwer

Nru.14
Avventura:
Imber sar ħabib mal-bâbi u l-kap tagħhom Rabbabu, u jibqa' fix-Xaqqufija, jilgħab magħhom bil-qaws u l-vleġeġ. X'ħin Imber jolqot ġarra bil-vleġġa, minnha toħroġ ruħ imsakkra. Fid-daqqa u l-ħin ifeġġ skorpjun kbir daqs vapur u jmur jiġi wara l-imsejkna ruħu iżda Imber juża l-ġebla s-sewda biex iwaqqaf l-iskorpjun ġgantesk. Dan iżda jniggżu bil-velenu u jaqa' għal mejjet. Ir-ruħ imsakkra tersaq lejn Imber u bis-seħer tagħha terġa' tagħtih il-ħajja.

Nru.13
Avventura:
Nir isir jaf lil Maris u l-istorja tagħha. Maris ħaditu fl-Arka, sottomarin kbir daqs belt. Waqt li jkunu hemm, jattakahom il-Baruni taż-Żejt u din id-darba ried li jeqred l-Arka ta' missier Maris, iżda Nir u Kaħlun joħorġu għal ġlieda kontra rizza kbira li tispara t-torpedini.

Nru.12
Praspar:
Abigajl u l-Fifra Saħħarija
Il-Wied għan-Niżla
Kastell Werwer
Felċi l-Fellus
Dawret iż-Żugraga
Abigajl u l-Fifra Saħħarija
Il-Wied għan-Niżla
Kastell Werwer
Felċi l-Fellus
Dawret iż-Żugraga
Nru.11
Praspar:
Ħarġa speċjali fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010. Diversi karattri mill-praspar tal-Istrixx jingħaqdu f'tim biex jikkompetu fit-tazza tad-dinja tal-komiks, il-bravi kontra l-psataż. Kulħadd jilgħab il-ballun bla eċċezzjoni, min-Nanna Zikizokk sal-kelb ta' Gori Grillu.

Nru.10
Avventura:
Ekolina u ż-Żabbari jindunaw li l-wilġa ta' Ħal Susa se tinbildel f'toroq u bini, ħaġa li dehrilhom kienet se tkun ta' ħsara kbira għas-sbuħija tal-wied kif ukoll il-qerda ta' ħafna ħxejjex u annimali. Il-Farraxk li kien il-moħħ wara dan il-proġett malajr jibda ix-xogħol biex iwitti t-torq bl-asfalt imma l-eroj tagħna ma jħalluhielux ħelwa għal melħa.
Nir jerġa jkun attakkat mill-opri tal-Baruni u din id-darba l-attakk ikun fuqu biex jaqbduh. Kaħlun il-kelb il-baħar ħabib tiegħu daħal biex jagħtih l-għajnuna imma Nir jerġa jkun salvat mis-sottomarin isfar misterjuż. Din id-darba huwa iżda jsir jaf ta' min kien dak is-sottomarin isfar.
Imber isib ruħu f'post jismu "Ix-Xaqqufija" u jkollu ġlieda mal-kap ta' bâbi, Rabbabu, iżda bħal leħħa ta' beraq jiġi għal fuqhom il-Waħx tax-Xaqqufija. Imber qabad ġebla stramba biex jiddefendi ruħu, bla ma kien jaf li dik il-ġebla kellha s-seħer.

Nru.9
Avventura:
Ekolina tkun qed taqra ktieb dwar is-siġar u f'daqqa waħda jitfaċċa ż-Żabbari fil-veranda tagħha huwa u jtir bl-aħħar invenzjoni tiegħu. Hu jgħidilha li l-Affarun qed jaqla' s-siġar kollha tat-triq. Huma jmorru flimkien biex jippruvaw iżommuh. Imma l-Affarun għandu qawwi kbira wisq u diffiċli teħodha miegħu.
Praspar:
Skwadra Żeta
Gori Grillu

Nru.8
Avventura
Ekolina tkun ma' kuġinitha Edna fuq tren u jinqala' inċident li jkisser pilastru li fuqu jkun qed jimxi l-istess t-tren. Għall-ewwel kulħadd jaħseb li din ġrat b'kumbinazzjoni imma Ekolina xxomm xi ħaġa stramba fil-biċċa, l-iktar meta jiġu l-gwardjani libsin bl-uniformi imma bil-papoċċ. Jidħol fis iż-Żabbari fix-xena bir-rundunell tiegħu u jikkonferma li din kienet logħba tal-Farraxk biex jeqred it-tren. Il-Farraxk jiġi u jitfa' gass apposta biex iħassar il-memorja u ħadd ma jibqa' jiftakar x'ġara imma Ekolina u ż-Żabbari jiġġildulu biex ma jkomplix jagħmel il-ħsara.

Nru.7
Avventura:
Tkompli l-istorja tan-Newl. Ekolina u Ż-Żabbari jsibu ruħhom maqbudin fil-vettura kbira ta' Ben tan-Newl. Huma jiskopru li ġo fiha ikun hemm ħafna min-nies ta' Ħal Susa li sabu ruħom lsiera mingħajr ma jafu u fl-aħħar anki Ekolina u ż-Żabbari stess jisfaw vittmi tiegħu. Imma l-kelb ta' Ekolina jista' jsalva lil kulħadd minn din is-sitwazzjoni.
Nir isib ruħu jitqâbad mal-Iljunfant tal-Baħar, Robot ġgantesk li jmur biex ikisser "ir-riebja", l-istazzjoni tal-enerġija fuq il-baħar. Kaħlun jipprova ukoll jiġġieled kontra dan il-ġgant tal-ħadid imma jidħol għalihom sottomarin isfar misterjuż li jispara missila u jkisser l-Iljunfant tal-Baħar.
Imber jinżel taħt l-art u hemmhekk issib ruħu ilsir tas-Serpentin. Kien imġiegħel jaħdem iebes billi jħaffer il-kandotti tal-ilma qalb ħafna ġrieden. Briku l-ġurdien ħabib tiegħu jkellmu għall-ewwel darba u jgħidlu li hu darba kien tifel bħalu u anki l-ġrieden l-oħra u jekk ma jaħrabx minn hemm kien se jsir bħalhom.

Nru.6
Avventura:
F'din il-ħarġa speċjali tal-Karnival, Ekolina u ż-Żabbari jkunu fuq karru libsin maskerati x'ħin ikuun maħsuda mis-Suffarell, viljakk li ried ibiddell it-temp xitwi ta' Frar f'wieħed sħun. Dan kien qed jagħmlu b'magna kbira msejħa "klimatur". Ekolina u ż-Żabbari jeqfulu imma hu jaħarqilhom il-karru, iżda l-eroj tagħna ma jaqtgħux qalbhom u jdawwru din il-ħsara għal fuq is-Suffarell.
Praspar:
Skawarda Żeta
Puqaqqa l-Buffu
iċ-Ċuqlara
Dodò Ġlekkijiet

Nru.5
Avventura:
Ekolina tkompli l-istorja tan-Newl fejn ħalliet fin-nru.2 u issa jingħaqad magħha iż-Żabbari, l-inventur ħabib tagħha li jinduna li kienet daħlet f'nasba. Bil-mutur itir tiegħu msejjaħ "ir-Rundunell", iż-Żabbari jmur biex isalva lilha u lil kelb tagħha Ferfer. Iżda ma jobsorx li se jkun dieħel f'nasba ikbar.
Praspar:
In-Nanna Zikizokk
Tiktik il-kompjuter

Nru.4
Avventura:
Ekolina u ż-Żabbari jaraw duħħan iswed riesaq fuq Ħal Susa u jsibu li jkun ġej minn fabbrika magħluqa. Huma jissieltu ma' robot biex jidħlu fiha imma jħabbtu wiċċhom mal-qilla tal-Farraxk li bl-istess fabbrika jipprova jgħattanhom.
Nir jeħodha kontra brama ġganteska tal-metall li tipprova tkissirlu t-turbini tar-riħ fuq l-istazzjoni tiegħu fuq il-baħar. Bis-saħħa ta' Kaħlun huwa jiġġieled kontra l-Brama Robot immexxija mill-Baruni taż-Żejt.
Imber jitqajjem f'nofs raqda waqt il-vjaġġ tiegħu fuq il-gringijiet tal-ħolm u jerġa jsib ruħu fil-Masġar ta' Bla Tarf. Kienet il-Mara l-Bajda li qajmitu għaliex kien qiegħed fil-periklu li jinqabad minn saħħar kiefer għax dan ried li jibdlu f'wieħed mill-mostri tiegħu imsejħin l-għoġġieba. In-Nawnu jiġi ukoll għall-ajjut ta' Imber u flimkien mal-mara l-bajda jgħinuh biex jaħrab minn taħt idejn is-Saħħar Kiefer (il-Magu).

Nru.3
Avventura:
Ekolina u ż-Żabbari jiffaċċjaw lil Farraxk u l-gaffa tiegħu meta jiġi biex ikisser il-grawnd tal-futbol fejn ikunu qed jilgħabu.
Nir jikkunbatti ma' xi kriminali li jkunu qed jarmu l-materjal tossiku fil-baħar u joqtlu l-ħut. Kaħlun isalvah minn torpedina li tkun sparata lejh.
Imber it-tfajjel ċkejken jinħataf mir-raġel tal-ixkora imma jaħrab permezz ta' ħabibu Briku l-ġurdien li fetaq l-ixkora bi snienu. Imma ikun tard wisq għax Imber isib ruħu fil-Masġar ta' Bla Tarf u ma jkunx jaf kif jista' jasal lura d-dar. Imber ikun attakat minn siġar tal-waħx imma jsalvah in-Nawnu, bniedem qattus, u jgħidlu biex jirkeb il-gringijiet tal-ħolm sabiex ikun jista' jaħrab minn hemm.

Nru.2
Avventura:
Ekolina u seħbitha Fel jippruvaw jinvestigaw l-inżul ta' Ben tan-Newl u l-vettura vettura kbira tiegħu fir-raħal ta' Ħal Susa. Is-sindku u n-nies tar-raħal rieduh lil tan-Newl imma Ekolina ħasset li kien hemm xi ħaġa ħażina f'dan kollu.
Nir jipprova jaqbad ħallelin tal-baħar li kienu qed jisirqu l-ħut. Kaħlun il-kelb il-baħar ħabib tiegħu jagħtih daqqa t'id.
Praspar:
Gori Grillu
Dawret iż-Żugraga
Il-Wied għan-Niżla
Ekolina u seħbitha Fel jippruvaw jinvestigaw l-inżul ta' Ben tan-Newl u l-vettura vettura kbira tiegħu fir-raħal ta' Ħal Susa. Is-sindku u n-nies tar-raħal rieduh lil tan-Newl imma Ekolina ħasset li kien hemm xi ħaġa ħażina f'dan kollu.
Nir jipprova jaqbad ħallelin tal-baħar li kienu qed jisirqu l-ħut. Kaħlun il-kelb il-baħar ħabib tiegħu jagħtih daqqa t'id.
Praspar:
Gori Grillu
Dawret iż-Żugraga
Il-Wied għan-Niżla
Nru.1
Avventura:
Tibda l-avventura ta' Ekolina u l-ħabib tagħha ż-Żabbari kontra l-Farraxk. Il-Farraxk jivvinta logħba li ġġiegħlek issir skjav tagħha. Iż-Żabbari jinħakem minnha imma Ekolina tiġġieldilha biex issalva lil ħabibha.
Praspar:
Ħaddarinu
Gori Grillu
Il-Wied għan-Niżla
Skola Matmura
Dawret iż-Żugraga
Oreste