L-istrixx nru.22
Ħafna mill-qarrejja ta' L-ISTRIXX jinsabu ħerqana biex jerġgħu jaraw din il-pubblikazzjoni f'idejhom. Wara li twaqqfet ħesrem is-sena l-oħra, irċevejna bosta kummenti u mistoqsijiet mingħandkom dwar x'se jiġri mill-Istrixx. Nistgħu neċċertaw lil kulħadd li qegħdin naħdmu ħafna biex dan jerġa' jibda joħroġ regulari kif kien qabel bi stejjer ġodda mimlijin avventura u praspar.
L-ISTRIXX ser iżanżan stil ġdid fid-disinn tal-logo u se nippruvaw inżomm l-istess rittmu fil-ħruġ tiegħu, jiġifieri, wieħed kull xahar. Qed naħdmu ukoll fuq edizzjonijiet speċjali li bi ħsiebna noħorġu minn żmien għal ieħor. Ibqgħu segwu dan l-ispazzju għal aktar aħbarijiet. Dawk li jixtiequ jkunu infurmati personalment b'email, għandu jibgħatulna messaġġ fuq l-indirizz elettroniku tagħna biex indaħħluhom fil-lista tagħna.
strixx07@gmail.com